Lokali

BIL-FILMAT: Kelb imut ftit wara li ttella’ mill-baħar

Fl-aħħar ħin, kelb tilef ħajtu wara attentat minn għadd ta’ persuni li pprovaw isalvaw ħajtu, f’Tas-Sliema. Għal xi raġuni jew oħra dan spiċċa jiġġieled għal ħajtu fil-baħar daqsxejn imqalleb.

Il-kelb minnufih beda jingħata l-ewwel għajnuna minn dawk fil-post sakemm waslet ambulanza tal-annimali fuq il-post. Sfortunatament, l-attentati tagħhom kien kollu għalxejn.

Fuq il-post waslu wkoll ħaddiema tas-salvataġġ fuq l-baħar permezz ta’ lanċa tal-Pulizija.