Futbol Sport

Birkirkara jakkwistaw lil Alex da Paixao Alves

Birkirkara akkwistaw lill-winger Brażiljan ta’ 27 sena Alex da Paixao Alves mingħand Al Akhdoud Club tal-Arabja Sawdita.

Din mhix se tkun l-ewwel esperjenza ta’ da Paixao Alves f’pajjiżna fejn wara li kien inġieb f’pajjiżna minn Tarxien Rainbows fl-2015, sentejn wara hu ssieħeb ma’ Balzan. Qabel ma wasal f’pajjiżna l-Brażiljan lagħab ma’ Bahia de Feira, Ferroviario, Oeest, Colo Colo u Parnahyba fil-Brażil.