Sport Sport Ieħor

Caleb Ewan jirbaħ il-11 -il stadju tat-Tour de France

Iċ-ċiklist Awstraljan Caleb Ewan rebaħ il-11 -il stadju tat-Tour de France li sar bejn Chatelaillon-Plage u Poiters. Fit-tieni post daħal Peter Sagan li kien relegat għall-aħħar post wara li deher isakkar lil Wout van Aert, biex minfloku temm Sam Bennett fit-tieni post.

B’hekk fil-klassifika ġenerali tat-Tour de France, Primoz Roglic jibqa’ fl-ewwel post segwit minn Egan Bernal u Guillaume Martin. It-Tour de France jkompli għada bit-12 -il stadju fuq distanza ta’ 218km bejn Chauvigny u Sarran Correze.