Coronavirus Lokali

COVID-19: il-każi ġodda jiżdiedu b’63; l-akbar żieda fl-aħħar 24 jum

Fl-aħħar 24 siegħa kienu identifikati 63 każ ġdid ta’ COVID-19 f’pajjiżna. Din kienet l-akbar żieda fl-aħħar 24 jum.

Skont l-ahhar statistika tal-Ministeru tas-Sahha… 31 persuna fiequ mill-virus, biex issa il-każi attivi huma 463, li jinkludu numru ta’ immigranti li ghadhom pozittivi.

In-numru totali ta’ każi mis-7 ta’ Marzu ‘l hawn tela’ ghal 2,336. U s’issa, f’din is-27 gimgha tal-pandemija diga’ kellna 178 każ ġdid.

Iċ-ċifri mħabbra minn NET News qegħdin jinkludu ċ-ċifri ta’ immigranti li l-Gvern qed jiskarta u jaħbihom mill-poplu fit-total ta’ każijiet.

Huma cifri li qed jikkuntrastaw ukoll ma’ dak li qed tippubblika b’mod ufficjali l-Organizzazjoni Dinjija tas-Sahha…ghalkemm issa jidher li l-Gvern Malti se jkun qed jikkomunika mad-WHO biex jara ezatt minn fejn gew in-numri ppubblikati fuq is-sit elettorniku ta’ din l-Organizzazjoni.

Intant, mill-każijiet li tħabbru t-Tlieta seba’ huma persuni fi djar differenti tal-anzjani ….iżda informazzjoni dwar liema huma dawn id-djar tal-anzjani ghadha ma ingħatatx.

Dan filwaqt li ħames każi oħra kienu qraba ta’ persuni li huma pozittivi…. tliet każijiet huma kollegi tax-xoghol….. każ iehor kien f’kuntatt dirett ma’ persuna pożittiva għall-COVID-19…. filwaqt li każ ieħor kien impurtat. Jirrizulta li mill-kazi li thabbru fil-Vitorja, sitta għadhom ma jafux minn fejn ħadu l-virus hekk kif l-ebda informazzjoni dwarhom ghadha ma ingħatatx.