Lokali

AĠĠORNATA: Il-każ mhux se jibda llum għaliex Galea għadu l-isptar

Minkejja li l-Qorti kienet qed tippjana li dalgħodu jitressaq is-sid tal-klieb pitbulls li nhar it-Tnejn li għadda attakkaw u qatlu lill-anzjana ta’ 94 sena fl-Imsida, dan il-każ mhux se jkun qed jibda għalissa. Dan għaliex in-neputi tal-anzjana, Andre Galea, għadu rikoverat fl-isptar.

L-anzjana nstabet bla ħajja u f’għadira demm, flimkien mal-kelb żgħir tagħha, fir-residenza tagħha fi Triq Antonio Sciortino fl-Imsida.