Internazzjonali

Fl-Awstralja: Raġel vittma ta’ kelb il-baħar

Awstraljan miet wara li safa attakat  minn kelb il-baħar ‘il barra mill-Gold Coast. Dan huwa l-ewwel inċident f’60 sena li fih kien involut Great White Shark, illi kien twil madwar 3 metri.

Il-vittma huwa Nick Slater ta’ 46 sena, illi huwa magħruf bħala surfer professjonali. Hu miet ftit wara li l-kelb il-baħar ħataflu siequ.

Nick Slater

Intant, fl-aħħar sigħat kienu diversi l-persuni li sellmu l-memorja ta’ Slater, billi poġġew fjuri fuq il-bajja