Ekonomija Kummerċ Lokali

“Ħafna xebgħu jisimgħu bil-kelma surplus” – Edward Scicluna

"Mhux veru li f'Diċembru se jgħaddi kollox"

“Irridu naraw x’inhu ġustifikat u x’mhux ġustifikat. Il-pandemija qed tagħmel ħsara kbira. Hi kriżi li l-futur tagħha għadu inċert”. Hekk stqarr il-Ministru tal-Finanzi meta dalgħodu preżenta l-Pre-Budget Document għas-sena 2021.

Edward Scicluna stqarr li “ħafna xebgħu jisimgħu bil-kelma surplus”, u insista li ma nistgħux noħolmu aktar fuq is-surplus.

“Se jerġa’ jkollna żbilanċ”

Edward scicluna

Il-Ministru tal-Finanzi insista illi “mhux veru li f’Diċembru se jgħaddi kollox”, b’referenza għall-aħbarijiet li qed joħorġu dwar il-vaċċin tal-Covid-19.

Fi preżentazzjoni b’diskors pessimista ferm, il-Ministru spiċċa saħansitra anke jattakka lill-Partit Nazzjonalista. Iżda naqas milli jsemmi d-dettalji tal-miżuri li qed jipproponi l-Gvern Laburista.

Edward Scicluna qabbel id-daqqa ekonomika preżenti mad-dieta u s-sawm. Filwaqt li s-somom għas-sena d-dieħla “għadhom qed isiru”.

Il-Ministru tal-Finanzi kkonferma li s-sena d-dieħla se jerġa’ jkollna deficit, iżda ma kienx ċar dwar l-introduzzjoni ta’ taxxi ġodda.