Lokali Saħħa

Il-Ministeru tas-Saħħa jgħid li kien “typo”

Wara ġurnata sħiħa, kien biss illejla li l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa ċaħad l-informazzjoni maħruġa mid-WHO, li f’pajjiżna kien hawn il-ħmistax-il vittma tal-COVID-19. 

Rappreżentant tal-ECDC, is-sit li rrapporta dan in-numru bi żball, bagħat komunikat formali lill-Ministeru għas-Saħħa jiskuża ruħu f’isem l-istituzzjoni, fejn  spjega li dan kien purament żball tal-kitba (typo) min-naħa ta’ min iniżżel in-numri fuq is-sit.

Hu spjega li ta’ kuljum dan is-sit jaġġorna, manwalment, in-numri tal-COVID-19 t’iktar minn 200 pajjiż u li għalhekk dan kien żball ġenwin.