Lokali

“Il-miżuri ta’ mitigazzjoni huma biss ċajta” – MUT

Wara l-pubblikazzjoni tas-sillabi ‘riveduti’ mill-MATSEC, permezz ta’ stqarrija, l-MUT stqarret kif huwa evidenti li l-MATSEC qed jimxi ma’ sillabi qodma mingħajr ma jieħu l-ebda kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni preżenti.

Is-sillabi tal-MATSEC jiddeterminaw x’jiġri fl-iskejjel sekondarji.

Dan ifisser li l-miżuri ta’ mitigazzjoni li qed jiġu ppjanati għas-sena skolastika li jmiss ma jistgħux jiġu implimentati b’mod effettiv.

L-MUT terġa’ tikkonferma s-sentiment ġenerali li l-MATSEC hija barra mill-kuntatt mal-iskejjel u tidher b’mod ċar li tinsab f’bubble għaliha weħidha.