Internazzjonali

In-nirien fl-Istati Uniti jeqirdu villaġġi sħaħ

Numru ta’ villaġġi f’Kalifornja ġew meqruda għal kollox wara li nirien komplew jaħkmu mhedda kbira ta’ art f’dan l-istat Amerikan.  Dan filwaqt li l-iskwadri għat-tifi tan-nar qed ikomplu jikkumbattu l-fjammi f’diversi zoni.

Il-villaġġ Big Creek f’Kalifornja kważi nqered għal kollox apparti skola tal-primarja.

Din l-iskola qed tissejjaħ minn bosta bħala “Is-Simbolu ta’ Tama”, bid-determinazzjoni tkompli tikber fost ir-residenti li n-nirien jistgħu jigu kkontrollati.

Aktar u aktar issa, wara li t-temperaturi għolji qed jidhru li qed jitbaxxew xi ftit.