Lokali

Kanzunetta ġdida ta’ Ben Bailey

Il-kitarrist Ben Bailey se jkun qed jiddebutta album ġdid bl-ewwel kanzunetta tkun ‘Candles’ li ilha għal dawn l-aħħar ġranet tindaqq fuq ir-radji lokali. Ben kieteb is-siltiet hu stess filwaqt li saħansitra pproduċa, kanta u daqq l-instrumenti kollha hu.

Ben qal li “din is-silta titratta dwar ix-xewqa li wieħed iwitti t-triq tiegħu fil-ħajja billi jagħmel l-affarijiet differenti minn ħaddiehor u b’hekk dan iwassal biex il-ħin itir.’’

Il-kumplament tal-kanzunetti se joħorġu fl-album fit-12 ta’ Settembru.

Ben Bailey hu Awstraljan b’dixxendenza Maltija, fil-fatt twieled l-Awstralja iżda ta’ 16-il sena ġie jgħix f’pajjiżna. Hu magħruf l-aħjar bħala l-kitarrist ta’ Ira Losco, Brooke, Matthe James għal dawn l-aħħar snin u anke l-vuċi fil-grupp Vinyl Paradise.