Net Sports Nibdew l-aħbarijiet tal-isport għal lum bl-isport lokali. Il-bieraħ fis-Centenary Stadium rega’ kien fl-azzjoni ir-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena f’partita oħra mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat tal-UEFA. It-tim Malta safa’ megħlub 3 – 0 mir-Rumanija. Dwar dak li seħħ fil-partita fis-servizz li jmiss. VTR : Malta – Rumanija >>>>> (1) Waterpolo. Il-bieraħ tkompla l-Kampjonat Premier tal-waterpolo : San Giljan Tum Invest 10 Neptunes 6 Exiles Ferretti 12 Birzebbugia Freeport 11 Dwar dak li seħħ fil-partita San Giljan konta Neptunes f’dan is-servizz : VTR : San Giljan – Neptunes >>>>>>> (2) Illum jitkompla l-Kampjonat tal-Ewwel Divizjoni bil-partiti : Marsaxlokk v Otters Valletta v Ta’ Xbiex Football internazzjonali Il-bieraħ tkompliet il-UEFA Nations League fejn intlgħabu disa’ partiti oħra mid-diversi gruppi u kategoriji. Fost dawn tispikka l-partita Franza – Kroazja , finalisti fl-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja Aktar f’dan is-servizz : VTR : Franza – Kroazja >>>>>>> (3) Sport internazzjonali. Wara waqfa ta’ ġurnata tkompla t-Tour de France b’Sam Bennett tal-Irlanda jirbaħ fuq Caleb Ewan tal-Awstralja. Aktar fl-aħħar servizz għal lum : VTR : Tour de France >>>>>>>> (4)