Coronavirus Internazzjonali

L-ewwel intopp għall-vaċċin tal-Covid

Ritratt: The Financial Express

Dalgħodu l-media Ingliża qed tirrapporta kif it-testijiet fuq it-tilqima għal kontra l-Covid-19 kellhom jieqfu. Dan wara li wieħed mill-parteċipanti f’dawn it-testijiet ħassu ma jiflaħx.

Kien għal din ir-raġuni li r-riċerkaturi iddeċidew li jwaqqfu l-proċess ta’ testijiet, liema proċess issa wasal fl-aħħar fażi tiegħu.

Il-vaċċin tal-Ingliżi qed ikun żviluppat mill-Università ta’ Oxford flimkien mal-kumpanija AstraZeneca.

Il-kumpanija qed tgħid li dan il-waqfien qed ikun meqjusa bħala “proċedura ta’ rutina” f’każi bħal dawn.

Apparti r-Renju Unit, anke l-Italja u r-Russja qed jiżviluppaw tilqima għal kontra l-Coronavirus, bir-Russi jgħidu li dalwaqt se tkun disponibbli għall-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u anke l-għalliema.