Sport Sport Ieħor

L-Olimpjadi se jsiru xorta waħda anke jekk tibqa tippersisti l-pandemija

Il-viċi president tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (IOC) John Coates, ikkonferma li l-Olimpjadi se jsiru xorta waħda anke jekk il-pandemija tibqa tippersisti sas-sajf li ġej.

Coates ikkonferma li l-Olimpjadi se jibdew fit-23 ta’ Lulju wara li ġew posposti minn din is-sena minħabba l-pandemija tal-coronavirus. L-IOC qalu li l-olimpjadi ma jistgħux jiġu posposti darb’ oħra għaliex jekk isir hekk jiġu kkanċellati minflok. Coates qal li bħal ma kien il-każ fl-2011 wara t-tsunami li kien laqgħat lill-Ġappun, dawn l-olimpjadi se jkunu qed isiru fid-dell tal-pandemija tal-coronavirus.

Aktar minn 11,000 atleta minn madwar id-dinja kienu mistennija jieħdu sehem fl-Olimpjadi li kellhom isiru din is-sena u għad irid jkun magħruf kif l-ivjaġġar ta’ dawn l-atleti se jkun afftewat minħabba r-restrizzjonijiet.