Coronavirus Ewropa Internazzjonali

Ma jistgħux ikunu aktar minn 6

Il-PM Brittaniku Boris Johnson ħabbar li b’effett immedjat mit-Tnejn ma jistax ikun hemm aktar social gatherings ta’ gruppi aktar minn 6, kemm barra, u kif ukoll anki fir-ristoranti u l-ħwienet tax-xorb.

Johnson fost l-oħrajn qal li l-Gvern ħa din id-deċizzjoni wara li kien hemm żieda fil-każijiet fost iż-żgħażagħ Brittaniċi. Din il-liġi se tidħol fis-seħħ anki għal dawk li jiltaqgħu fid-djar ta’ xulxin fejn tenna li se jibdew isiru “spot checks” anki fir-residenzi.

Wieħed issa jekk jikser din ir-regola se jkun jista’ jeħel multa ta’ £100, filwaqt li jekk jerġa’ jinqabad, il-multa se tirdoppja – fl-eventwalità li l-massimu jista’ jkun ta’ £3,200.

Din il-miżura sa issa ma tgħoddx għall-iskejjel, xogħol, funerali u tiġijiet.