Futbol Sport

Mihajlovic jirritorna fil-grawnd

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ ta’ Bologna Sinisa Mihajlovic irritorna fil-grawnd biex imexxi lit-tim tiegħu wara li rkupra mill-coronavirus. Hu ngħata l-permess li jirritorna wara li rriżulta darbtejn fuq xulxin negattiv għall-coronavirus.

Mihajlovic diġa fl-istaġun li għadda kellu jieqaf milli jmexxi lit-tim tiegħu għal numru ta’ ġimgħat wara l-battalja li kellu mal-leukemia u din is-sena l-coronavirus ukoll ħarbat il-pjanijiet tal-kowċ Serb.