Ewropa Internazzjonali

Nirien jeqirdu kamp tal-immigranti fil-Greċja

Nirien wettqu sfreġju f’kamp tal-immigranti fuq il-gżira ta’ Lesbos fil-Greċja.

Rapporti Ewropew qalu li din il-faċilità f’Moria kienet miżgħuda sa ruħ ommha, b’kamp li preżentament qed jilqa’ 13,000 persuna, ċifra erba’ darbiet akbar minn dak stipulat.

L-istess sorsi qalu li jista’ jkun kienu l-immigranti stess li bdew in-nar tul protesta kontra r-restrizzjonijiet tal-Coronavirus.

70% tal-immigranti f’dan il-kamp ġejjin mill-Afganistan, iżda dan l-istess kamp jilqa’ mal-75 ġens differenti.