Formula 1 Sport

Sergio Perez se jħalli lil Racing Point fi tmiem l-istaġun

Is-sewwieq Messikan tat-tim Racing Point tal-Formula 1, Sergio Perez ħabba li se jħalli lit-tim fi tmiem l-istaġun minkejja li aktar kmieni din is-sena qal li mhux se jħalli lit-tim sakemm jintemm il-kuntratt li jiskadi fl-2022.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Perez rringrazzja lil kull min kien involut f’dawn l-aħħar snin kemm ilu ma’ Racing Point filwaqt li stqarr li hija diffiċli għalih li se jħalli lit-tim.

It-tluq ta’ Perez minn ma’ Racing Point jfisser li b’hekk infetaħ bieb għas-sewwieq ta’ Ferrari Sebastian Vettel li diġa tħabbar aktar kmieni din is-sena li postu ma’ Ferrari se jkun qiegħed jittieħed minn Carlos Sainz. L-istaġun tal-Formula 1, se jkompli fi tmiem il-ġimgħa li ġej bil-Grand Prix ta’ Mugello fit-Toscana l-Italja.