Coronavirus Lokali Saħħa

Skont id-WHO, Malta kellha 15-il mewta kaġun tal-COVID

Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, f’pajjiżna kien hawn 15-il persuna li mietu kawża tal-coronavirus. Dan jikkuntrasta ma’ dak li qed jiġi rrapurtat kuljum fuq il-paġna ‘Saħħa’ hekk kif skont il-Ministeru tas-Saħħa, f’Malta tilfu ħajjithom 14-il persuna.

Id-WHO qalet li minn meta faqqgħet din il-pandemija f’pajjiżna, fis-7 ta’ Marzu li għadda, sad-9 ta’ Settembru, kienu reġistrati 2,076 każ u 15-il mewta. Jekk wieħed iqabbel kemm qed jiġu rapportati każi ġodda ta’ kuljum, jinnota li wkoll hemm differenza minn dak li qed ikun irrappurat fuq is-sit tad-WHO.