Sport Waterpolo

Tasal finalment l-ewwel rebħa ta’ Otters

(Ritratt: Matthew Tabone)

Stewart Said

MARSAXLOKK BROWN’S……. 8

OTTERS NIVEA…………………….. 9

(3-1), (1-3), (2-4), (2-1)

Sodisfazzjoni għaż-żewġ kowċis żgħażagħ Dean Camilleri u Claudio Spiteri Debarro hekk kif Otters finalment kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun. Huma għelbu lil Marsaxlokk Brown’s Pharma 9-8 bil-bidu tat-tielet sessjoni tkun determinanti għar-rebħa tat-tim Għawdxi.

Marsaxlokk kellhom bidu tajjeb u fetħu vantaġġ ta’ 3-1 wara l-gowls ta’ Benji Lanzon u Matteo Martellacci. Iżda dak li għamlu x-Xlukkajri fl-ewwel sessjoni, għamluh Otters fit-tieni sessjoni. Luke Gialanze u Dominique Zahra sparixxew l-iżvantaġġ doppju u wara l-gowl ta’ Timothy Agius, Zahra għamel l-iskor 4-4.

Otters bdew it-tielet sessjoni bl-aħjar mod u b’doppjetta ta’ Dominique Zahra u Luke Gialanze fetħu vantaġġ ta’ tliet gowls fl-ewwel tliet minuti. Agius naqqas id-distakk għal gowl iżda Zahra assigura li Otters jibdew l-aħħar sessjoni 8-6 minn fuq.

Marsaxlokk laħqu lill-avversarji fl-aħħar sessjoni u f’mumenti minnhom dehru li setgħu anki jmorru fil-vantaġġ. Madankollu kien Luke Gialanze li skorja l-gowl importanti, bl-isforzi ta’ Marsaxlokk ikunu inutli lejn it-tmiem.

Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Rizzo Naudi, M. Martellacci (1), M. Pace, T. Agius (4), B. Lanzon (2), J. Galea, K. Cremona, S. Micallef, R. Scerri, M. Cacici (1), O. Zammit, F. Buhagiar, L. Saliba, J. Portelli

Otters: D. Spiteri, M. Lanzon (1), R. Caruana, L. Hyzler, E. Meli, L. Gialanze (3), K. Scicluna, G. Mizzi, D. Dimech, D. Zahra (5), D. Tully, S. Xerri, M. Caruana Baluci

Referees: Peter Balzan, Richard Magri

VALLETTA IZIBET…………….. 13

TA’ XBIEX……………………………. 7

(5-2), (2-3), (4-0), (2-2)

Valletta ħadu vantaġġ mit-telfa ta’ Marsaxlokk biex assiguraw posthom fl-ewwel post qabel il-bidu tal-play-offs. Dan ifisser li t-tim ta’ Srdjan Lazarevic jgħaddi dirett għall-finali. Huma għelbu b’kumdità lil Ta’ Xbiex 12-7.

Kollox deher faċli għal Valletta fl-ewwel sessjoni hekk kif ħadu vantaġġ ta’ 4-1 wara l-gowl inizjali ta’ Mark Carani. Huma żammew it-tliet gowls vantaġġ wara li Ryan Mock skorja minn pożizzjoni ċentrali lejn tmiem is-sessjoni.

Reazzjoni tajba minn Ta’ Xbiex fit-tieni sessjoni. Wara li Miguel Zammit kabbar il-vantaġġ, Ta’ Xbiex daħlu fil-logħba b’doppjetta ta’ Carani u wara l-gowl ta’ Niki Lanzon, iż-żagħżugħ Nico Schiavone naqqas id-distakk għal 7-5.

Il-Beltin serrħu rashom mit-tliet punti fit-tielet sessjoni b’erba’ gowls mingħajr risposta. Skorjaw Peter Borg u tripletta ta’ Miguel Zammit. Fl-aħħar sessjoni, Lazarevic serraħ fost l-aqwa plejers fit-tim filwaqt li amministraw il-logħba.

Valletta: R. Sciortino, P. Borg (2), E. Aquilina (1), M. Stellini (1), A. Agius, R. Mock (2), D. Paolella, N. Farrugia, M. Zammit (6), K. Galea, N. Lanzon (1), T. Micallef

Ta’ Xbiex: M. Vassallo, M. Mifsud (1), R. Greco, D. Rizzo (1), F. Cutajar, M. Demarco, M. Carani (3), N. Saliba, G. Sammut (1), N. Schiavone, S. Azzopardi (1), M. Farrugia, J. Saliba, A. Mifsud

Referees: Massimo Angileri, Alex de Raffaele