Futbol Sport

Zaniolo se jagħmel l-operazzjoni t’irkopptejh fl-Awstrija

Il-winger Taljan Nicolo Zaniolo għażel li jagħmel l-operazzjoni t’ irkopptejh fl-Awstrija wara li fil-partita kontra l-Bosnija ċarrat il-ligamenti tal-cruciate ta’ irkopptu x-xellugija.

Zaniolo se jkun qiegħed jiġi operat fl-isptar Hochrum ta’ Innsbruck fl-Awstrija fejn diġa kienu ġew operati Chiellini u Pavoletti. Zaniolo kellu jiġi operat illum iżda talab ftit jiem biex jirrifletti qabel ma jagħmel l-operazzjoni bil-plejer mistenni jdum nieqes mill-azzjoni sa Frar.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena, l-istaġun li għadda diġa kellu jiġi operat f’irkopptejh wara li kien weġgħa fil-partita kontra Juventus.