Internazzjonali

Zephaniah McLeod mixli bil-qtil ta’ Jacob Billington

Zephaniah McLeod

Zephaniah McLeod qiegħed ikun mixli bil-qtil ta’ Jacob Billington, wieħed minn tmien persuni li kienu vittmi ta’ attakk b’sikkina f’Birmingham fis-sigħat bikrin tal-Ħadd li għadda.

Jacob Billington

Rapporti qed jgħidu li Billington, li tilef ħajtu wara li qalha daqqiet ta’ sikkina f’ghonqu, kien qiegħed f’Birmingham biex jiltaqa’ ma’ sħabu.

Il-filmati tal-attakk juru raġel liebes kappell tal-baseball, u barnuża skura b’qafliet bojod u qalziet skur… filmati li qed jagħtu indikazzjoni li kien Zephaniah McLeod li wettaq dan id-delitt.