Sport Sport Ieħor

Zverev fis-semifinali tal-Open tal-Istati Uniti

Is-seed numru ħamsa Alexander Zverev irkupra minn sett żvantaġġ biex għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu kiseb post fis-semifinali tal-Open tal-Istati Uniti wara li għeleb lil Borna Coric 1-6 7-6 7-6 6-3.

Wara l-partita, Zverev qal li wara li tilef l-ewwel sett, hu beda jilgħab b’aktar aggressivita għaliex fi kliemu stess il-mod ta’ kif kien qiegħed jilgħab ma kienx ta’ livell ta’ kwartifinali. Fis-semifinali, hu se jilgħab kontra l-Ispanjol Pablo Carreno Busta wara li fil-kwartifinali għeleb lil Denis Shapovalov 3-6 7-6 7-6 0-6 6-3 f’ partita li damet aktar minn erba’ sigħat.

Illum jintlagħbu ż-żewġ kwartifinali l-oħra, bejn Rublev u Medvedev u Minaur u Thiem.