Minn nofs il-lejl, l-ajruporti kollha ta’ Pariġi u Marsilja żdiedu fil-lista li kien ħareġ il-Gvern Malti ta’ dawk il-pajjiżi “oranġjo” – illi jfisser li min ikun ġej minn dawn il-postijiet irid jagħmel test tal-Covid mhux aktar minn 72 siegħa qabel, u jrid juri riżultat negattiv.
Il-lista aġġornata, li tħabbret dalgħodu, hi din:
- Spanja (l-ajruporti ta’ Madrid, Barċellona u Ġirona)
- Rumanija
- Repubblika Ċeka
- Tuneżija
- Franza (l-ajruporti kollha ta’ Pariġi u Marsilja)
Dan l-avviż bil-lista riveduta ta’ pajjiżi se jidħol fis-seħħ minn nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Settembru, f’nofs il-lejl.
Persuni li jidħlu f’Malta minn xi wieħed fost dawn il-pajjiżi, u li jonqsu milli jipproduċu dan it-test, jistgħu jkunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta u jistgħu jkunu soġġetti għall-kwarantina.
//= $special ?>