Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Il-15-il vittma f’pajjiżna

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li anzjan ta’ 80 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-4 ta’ Settembru.

Huwa ddaħħal l-isptar Mater Dei lbieraħ, 9 ta’ Settembru u miet l-Isptar Mater Dei aktar kmieni llum. Dan ifisser li dan ir-raġel huwa l-15-il vittma tal-pandemija f’pajjiżna.

Il-Ministeru tas-Saħħa qal li l-anzjan kellu kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri. 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.