Caritas Malta – li tifforma parti mill-Kurja tal-Arċisqof – qed taħdem qatigħ biex ifittex jitlesta ċ-ċentru bl-isem Tal-Ibwar, li se jkun qed iservi bħala Ċentru Terapewtiku ta’ rijabilitazzjoni għall-adoloxxenti li jkunu taħt il-vizzju ta’ sustanzi.
Matul il-preżentazzjoni, id-Direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt spjega li l-organizzazzjoni ħasset il-ħtieġa li jinbena dan il-post ladarba s’issa jeżistu biss ċentri għall-adulti, iżda mhux għall-adoloxxenti.
Spjega li s-sena li għaddiet, Caritas Malta ntalbet tgħin lil madwar 40 adoloxxent, konxja mill-fatt li hemm oħrajn li s’issa għadhom ma tkellmux fil-pubbliku dwar il-vizzju tagħhom.
Min-naħa tiegħu, il-Kordinatur Kliniku tal-proġett Daniel Mercieca spjega ma’ NET News li l-għan ta’ Caritas Malta hu li dan iċ-ċentru jservi ta’ learning hub u jkun bieb miftuħ għaż-żgħażagħ.
Sadanittant, Anthony Gatt kompla jispjega li Caritas Malta dejjem rat li ż-żgħażagħ ikollhom l-opportunità jaħdmu f’settur li jtihom sodisfazzjon. Hu għalhekk li ċentru bħal Tal-Ibwar se jkun qed jara li jinkludi programmi magħmulin apposta għall-ħtiġijiet tagħhom.
Iċ-ċentru se jkun qed jilqa’ fi ħdanu 14-il żagħżugħ u żagħżugħa, bil-possibbiltà li dan l-ammont jitla’ sa 20 f’każ ta’ persuni li jiġu għal programm matul il-jum.
Ix-xogħol fuq dan iċ-ċentru ġdid għaddej ġmielu, għalkemm fadal xogħlijiet ta’ kostruzzjoni xi jsiru. Madankollu, it-tmexxija tal-Caritas iffirmat Memorandum of Understanding ma’ uffiċjali mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u dak tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, li qed jgħinu biex dan il-proġett jista’ jsir possibbli.
//= $special ?>