Waqt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA kien hemm qbil fuq id-dati tal-ewwel partiti tal-Kampjonat Premier qabel il-pawsa għall-partiti internazzjonali ta’ Ottubru.
Ġie deċiż ukoll sett ta’ regolamenti ġodda fosthom dwar meta jinstab każ pożittiv f’xi klabb u anke dwar il-kwarantina mandatorja. Bil-partit tal-Kampjonat Premier mistenni jibda fid-19 ta’ Settembru filwaqt li ċ-Challenge League se jibda ġimgħa wara, ġie deċiż li jsiru żewġ partiti f’kull stadium bil-ħinijiet bejn il-partiti se jkunu differenti biex jingħata ċans isir it-tindif meħtieġ skond il-protokoll mediku tal-MFA li kien ukoll approvat mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Fi żmien li ġej, l-MFA se tkun qed tressaq numru ta’ proposti biex fl-iqsar żmien possibli, jerġgħu jirritornaw l-partitarji fl-istadiums, dejjem skont id-direttivi tas-saħħa pubblika. L-MFA ħabbret ukoll li l-bqija tal-Kampjonati mistennija jibdew fix-xahar ta’ Ottubru wara li d-diskussjonijiet bejn l-MFA u l-Awtoritajiet tas-Saħħa, ħallew riżultat pożittiv.
//= $special ?>