Coronavirus Futbol Sport

Il-President ta’ Napoli pożittiv għall-coronavirus

Il-President ta’ Napoli Aurelio De Laurentiis irriżulta pożittiv għall-coronavirus ftit tal-ħin wara li kien għadu kemm attenda għall-assembleja tal-Lega li saret f’Milan fejn iltaqgħu il-Presidenti kollha tal-klabbs tas-Serie A.

Jidher li din l-aħbar qajmet paniku madwar il-klabbs tas-Serie A, bil-Presidenti tal-klabbs kollha kellhom jiġu ttestjati għall-coronavirus kif ukoll numru ta’ plejers. Numru ta’ persuni li attendew għal din il-laqgħa marru fi kwarantina bħala prekawzzjoni.