Edukazzjoni Lokali

AĠĠORNATA: L-LSEs ser jitħallewlhom is-siġġu u l-mejda

Deċiżjoni deskritta bħala waħda inkonċepibbli u diskriminatorja

Kelliema għall-Ministeru għall-Edukazzjoni kkonfermaw li l-LSEs ser jitħallewlhom is-siġġu u l-mejda fil-klassi.

Aktar kmieni: “L-LSEs ser ikunu kostretti jagħmlu ġranet sħaħ l-iskola bil-wieqfa mingħajr bank fuqhiex jaħdmu.”

Sostnew dan l-Union of Professional Educators – Voice of the Workers meta ġew ikkuntattjati minn membri tagħhom fejn saħqu li l-klassijiet ġew mbattla mill-għamara meqjusa bħala non-essenzjali – inkluż is-siġġu u l-bank tal-LSE.

Il-UPE saħqu li din hija xi ħaġa suppost inkonċepibblili sseħħ b’rabta mal-arranġamenti u l-miżuri li qed jittieħdu hekk kif il-pajjiż qed iħejji sabiex l-iskejjel jilqgħu eluf ta’ studenti waqt li l-Gżejjer Maltin qed jaffaċċjaw mal-pandemija tal-Covid-19.

L-Union saħqet li tali miżuri hija diskriminatorja fil-konfront ta’ dawn il-ħaddiema u li hija kompletament inaċċettabli. Hija insistiet li mhux qed teskludi li jittieħdu passi ulterjuri jekk din il-kwistjoni ma tiġix solvuta mill-aktar fis.

Dan ankè fid-dawl li fl-aħħar jiem il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici ħabbar li ġaladarba l-għalliema jispiċċaw ikollhom jibqgħu id-dar minħabba kwarantina, l-LSE ser ikollha tieħu ħsieb il-klassi…fatt assolutament mhux rikjest minnhom.