Il-belt Lebaniża ta’ Bejrut, li għadha friska mit-trawma tal-isplużjoni ta’ xahar ilu, qed taffaċja xena oħra tat-tkexkix wara li dalgħodu feġġew nirien f’maħżen qrib il-port.
In-nar żviluppa f’post fejn hemm miżmuma tyres u żjut. Sa issa, għadu mhux ċar x’ikkawża dan in-nar, b’daħna kbira sewda dehret tiksi partijiet kbar tal-istess port ta’ Bejrut.
L-isplużjoni tax-xahar li għadda fil-kapitali ħalliet 190 vittma, u 6,000 midruba.
//= $special ?>