Net News jista’ jikkonferma li dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed iħalli Malta għal żjara qasira fil-gżira Franċiża ta’ Korsika.
Jidher li Abela se jkun qed juża’ jet privat, u flimkien miegħu se jkun hemm 8 persuni.
Il-Gvern ma ħareġ ebda stqarrija biex jagħti dettalji dwar din iż-żjara, li mistennija iddum biss ftit sigħat. Fil-fatt, Robert Abela mistenni jtir lura lejn pajjiżna tard illejla stess.

Dan is-sit hu infurmat li Abela se jingħaqad ma’ numru ta’ mexxejja mill-Mediterran għal dak li jissejjaħ il-EuroMed 7. Il-konferenza fi Franza mistennija tiffoka fuq is-sitwazzjoni fit-Turkija.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>