Lokali Qorti

Tliet ġenerazzjonijiet mixlija b’ħasil ta’ flus

Tliet ġenerazzjonijiet ta’ familja waħda baqgħu miżmuma fil-kustodja tal-Pulizija wara li ġew akkużati b’ħasil ta’ flus li skont il-Prosekuzzjoni ġew minn attivitajiet kriminali. Kienu erba’ li tressqu l-Qorti tliet nisa u raġel.

Muriel Micallef ta’ 39 sena mill-Pietà, il-ġenituri tagħha Natalie u Martin Micallef it-tnejn ta’ 64 sena mill-Gżira u binthom Nicole Micallef ta’ 19-il sena tressqu quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo akkużati b’ħasil ta’ flus u reati relatati, kif ukoll b’kompliċità f’dawk ir-reati.

L-Ispetturi Lianne Bonello, Ian Camilleri u Danilo Francalanza akkużaw lill-familja wara li l-arresti saru waqt rejd dwar id-droga fir-residenza ta’ Muriel Micallef.

Oġġetti tad-ditta li nstabu fid-dar u ħwejjeġ oħra qajmu suspett fuq l-allegat involviment tal-familja dwar ħasil ta’ flus. Muriel Micallef waħedha ġiet mixlija wkoll li kisret żewġ digrieti preċedenti dwar il-pleġġ.

Nicole Micallef waħedha ġiet mixlija wkoll b’theddiqd f Spettur tal-Pulizija. It-tlieta wieġbu mhux ħatja. Għall-imputati dehru l-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Alfred Abela. Huma talbu lill-Qorti għall-ħelsien mill-arrest. It-talba iżda ġiet miċħuda billi għad hemm ħafna xhieda ċivili li għad iridu jixhdu.