Lokali

Tliet persuni kritiċi fit-taqsima tal-mard infettiv

Net News jista’ jikkonferma li għalkemm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva ma hemm ħadd li qed jingħata l-kura relatat mal-pandemija, tliet persuni jinsabu f’qagħda kritika u qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei fit-taqsima tal-mard infettiv.

Dan kollu waqt li l-każi attivi qed jammontaw għal 461, b’105 każi ġodda fl-aħħar jumejn biss.

Intant fl-aħħar sigħat, il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma l-mewta traġika ta’ raġel ta’ 80 sena – il-15-il fatalità f’pajjiżna b’rabta mal-Coronavirus…is-6 waħda fl-aħħar erba’ ġimgħat.