Lokali

AĠĠORNATA: Ħadd ma weġġa’ wara nirien li żviluppaw minn gallinar

Membri tal-Protezzjoni Civili ssejħu f’Wied il-Għasel fil-Mosta wara li żviluppa nar f’gallinar f’nofs l-għelieqi.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2.30pm fi Triq il-Lunzjata, viċin Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta.

Net News jinsab infurmat li kaġun ta’ dan l-istess nar, sploda ċilindru tal-gass.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, filwaqt li l-Pulizija għadha qed tinvestiga.