Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 43 każ ġdid, ifiqu 30

Fl-aħħar 24 siegħa, f’pajjiżna ġew rreġistrati 43 każ ġdid ta’ Covid-19.. dan filwaqt li fiequ 30 persuna.

8 persuni qed jieħdu l-kura fl-IDU, 4 persuni jinsabu fi swali oħra fl-Isptar Mater Dei, persuna tinsab fl-ITU, 8 persuni jinsabu f’Boffa u 15 jinsabu San Thomas Hospital.

Sa issa, fis-27 ġimgħa minn meta kellna l-ewwel każ ta’ Covid-19 f’pajjiżna, instabu 263 każ ġdid.

Il-każ attivi f’pajjiżna żdiedu bi 13, dan filwaqt li fiequ 1,840 persuna.

It-total ta’ każi f’pajjiżna issa huwa 2,421.