Lokali

Ħaddiema Għawdxin mistennija jaffaċjaw diffikultajiet akbar meta jivvjaġġaw

Permezz ta’ stqarrija, il-Forum Unions Maltin stqarrew li ż-żieda fin-numru ta’ persuni li mistennija jivvjaġġaw bejn Għawdex u Malta fil-ġimgħat li ġejjin ser ikollha effett fuq l-iskeda tal-Gozo Channel u u possibbilment tikkawża wkoll dewmien fil-vjaġġi.

L-ammont ta’ nies li qed jitilgħu fuq il-vapuri tal-Gozo Channel bil-miżuri attwali tal-COVID-19 u l-ħinijiet tal-vjaġġi jista’ jfisser li kważi nofs il-ħaddiema Għawdxin ma jaqbdux l-vapur fil-ħin skedat.

Dan ser jirriżulta f’iktar tbatija fuq l-impjegati Għawdxin li jivvjaġġaw kuljum bejn il-gżejjer.

Forum Unions Maltin qed issejjaħ lill-Gvern biex jintervjeni u jindirizza s-sitwazzjoni. L-impjegati Għawdxin diġà qed jiffaċċjaw it-tbatija li jivvjaġġaw kuljum u ċertament ma jistgħux jiffaċċjaw tbatija akbar fil-ġimgħat li ġejjin.