Internazzjonali

ILLUM: 19-il sena mill-attakki ta’ 9/11

Illum huwa id-19-il anniversarju mill-attakki tal-11 ta’ Settembru 2001 fuq it-Twin Towers u l-Pentagon fl-Istati Uniti.

Dakinhar, 19-il terrorist li kienu membri tal-grupp al-Qaeda, ħatfu erba’ ajruplani kummerċjali…li tnejn minnhom qerdu l-World Trade Centre.

Kif semgħu b’dak illi kien sehh…. il-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ fuq ir-raba’ ajruplan kienu provaw jirribellaw kontra t-terroristi li hatfu l-ajruplan, illi spicca iġġarraf f’għalqa f’Pennsylvania.

Kważi 3,000 persuna nqatlu f’dan l-attakk attroci li sehh 19-il sena ilu; l-aaghar attakk barrani li qatt sehh fuq l-art Amerikana.