Lokali Qorti

Jammetti li seraq flus minn kartiera ta’ anzjana

Żagħżugħ ta’ 29 sena residenti Bormla,  li ismu ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti ammetta li seraq flus minn kartiera ta’ anzjana ta’ 73 sena. Il-każ ġara fi 29 ta’ Awwissu għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħodu f’Ħal Tarxien.

Huwa ġie akkużat li seraq il-kartiera ta’ din l-anzjana li kien fiha €250 fi flus kontanti. .  Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest, bil-Qorti ordnat li jsir pre-sentencing report qabel tingħata s-sentenza u dan anke peress li l-akkużat għandu problemi soċjali.

L-Avukat tiegħu Noel Bartolo għamel talba biex ismu ma jixxandarx biex jiġu protetti l-membri tal-familja tiegħu, liema talba kienet milqugħa mill-Qorti. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Stephen Gulia.