Ċifri maħruġa llum mill-NSO juru li f’Lulju waslu Malta 48,743 turist; tnaqqis ta’ 84% fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet. Lulju fil-fatt kien l-ewwel xahar li fih infetaħ mill-ġdid l-ajruport wara kważi 4 xhur magħluq minħabba l-pandemija.
Il-maġġoranza ta’ dawn in-nies waslu pajjiżna għal skop ta’ vaganza, filwaqt li madwar 3,000 siefru lejn Malta għal skop ta’ xogħol.
It-turisti li ġew Malta nefqu b’kollox €33.8 miljun.
//= $special ?>