Lokali Turiżmu

LULJU: It-turiżmu jonqos b’84 fil-mija

Daqqa fuq l-industrija li qed ikollha effetti kbar

Ċifri maħruġa llum mill-NSO juru li f’Lulju waslu Malta 48,743 turist; tnaqqis ta’ 84% fuq l-istess xahar tas-sena li għaddiet. Lulju fil-fatt kien l-ewwel xahar li fih infetaħ mill-ġdid l-ajruport wara kważi 4 xhur magħluq minħabba l-pandemija.

Il-maġġoranza ta’ dawn in-nies waslu pajjiżna għal skop ta’ vaganza, filwaqt li madwar 3,000 siefru lejn Malta għal skop ta’ xogħol.

It-turisti li ġew Malta nefqu b’kollox €33.8 miljun.