Lokali

Pazjenta tilmenta li ilha tistenna ‘coil’ u ‘stent’ minn Mejju

Mara li tkelmet ma’ Net News stqarret li tinsab iddispjaċuta u rrabjata għall-fatt li ilha minn Mejju tistenna sabiex issirilha operazzjoni f’moħħha minħabba li tbati minn aneurysm.

Kompliet tgħidilna kif illum daħlet l-isptar Mater Dei sabiex finalment issirilha din l-operazzjoni għada… stqarret magħna li ilha diversi jiem tinkwieta u tkun anżjuza anke minħabba l-fatt li din hija operazzjoni maġġuri.

Iżda ġara li dawn il-‘coils’ u ‘stents’ kellhom jintużaw fuq persuni oħra u din il-mara ser jerġa’ jkollha tistenna.

Il-mara stqarret magħna li tinsab ddispjaċuta għall-fatt li f’pajjiżna m’għandnix materjal dispost għall-persuni li jbatu minn din il-kundizzjoni.