Lokali

Raġel isofri feriti gravi wara inċident f’Tal-Barrani

Arkivji

Raġel ta’ 37 sena residenti ż-Żejtun, qiegħed isofri feriti gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Barrani, f’Ħal Tarxien. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-05.45am.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li kien seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Yamaha misjuq mir-raġel ta’ 37 sena u vettura tat-tip Toyota Corsa misjuqa minn żagħżugħ ta’ 28 sena residenti Raħal Ġdid.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur. Aktar tard hu ttieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza għall-aktar assistenza medika fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.