Svetlick Flores ħa post l-eks Aġent Kummissarju tal-Pulizija, Ray Zammit, biex inħatar Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Infurzar Lokali, il-LESA.
Dan tħabbar fi stqarrija tal-Ministeru tal-Intern.
Flores, li fil-passat kien direttur tal-istess aġenzija u serva ukoll bħala segretarju eżekuttiv ta’ numru ta’ kunsilli lokali, huwa gradwat b’Masters (MBA) fl-amministrazzjoni u huwa kwalifikat ukoll fil-management u fl-amministrazzjoni pubblika.
//= $special ?>