Lokali Qorti

Żagħżugħ se jitressaq il-Qorti wara li seraq anzjana f’Raħal il-Ġdid

Żagħżugħ ta’ 29 sena mill-Fgura fil-11.30am se jitressaq il-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa, Yana Micallef Stafrace, mixli fost l-oħrajn li seraq kartiera t’anzjana fi Triq Lampuka, Raħal il-Ġdid.

Il-Pulizija rnexxielha tasal għall-arrest tas-suspettat wara investigazzjonijiet mill-Iskwadra tat-Taqsima għar-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri.