Futbol Sport

Arsenal b’rebħa komda kontra Fulham

It-tim ta’ Mikel Arteta beda l-istaġun b’rebħa ta’ 3-0 fi Craven Cottage kontra t-tim neo promos Fulham. Fulham kellhom opportunità tajba li jiftħu l-iskor wara biss minuta meta wara nuqqas ta’ komunikazzjoni fid-difiża ta’ Arsenal kien Denis Odoi li naqas milli jikkonkludi wara Leno.

Fit-8 minuta, ALEXANDER LACAZETTE fetaħ l-iskor b’konklużjoni mill-viċin wara konfużjoni fid-difiża ta’ Fulham. Willian seta’ kiseb l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk tal-Gunners meta ra t-tentattiv tiegħu minn freekick jaħbat mal-wieqfa. Arsenal komplew fuq l-ewwel taqsima u wara biss erba’ minuta rduppjaw permezz ta’ daqqa ta’ ras tad-debuttant GABRIEL. PIERRE-EMERICK AUBAMEYANG issiġilla r-rebħa b’konklużjoni fir-rokna tax-xibka wara pass preċiż ta’ Willian.