Sport Waterpolo

Dalwaqt fis-6:10pm DIRETT fuq Net Television | Sirens kontra Exiles

It-tieni partita bejn Sirens u Exiles, mill-kwarti tal-finali tal-play-offs tal-Kampjonat Premier, se tkun qed tixxandar illum, b’mod dirett fuq Net Television, fis-6:10pm. Din tal-lum se tkun partita deċiżiva għat-tnejn wara li Sirens diġa’ rebħu l-ewwel partita, dik ta’ nhar il-Ħamis li ġej, bl-iskor ta’ 6-4. Għaldaqstant f’każ ta’ rebħa oħra llum għal Sirens, huma jgħaddu direttament għas-semi-finali kontra San Ġiljan.

Exiles jeħtiġu jirbħu bil-fors biex jisfurzaw it-tielet partita kontra Sirens. F’każ li jkun hemm bżonn ta’ partita oħra bejn dawn it-tnejn, il-partita tintlagħab nhar it-Tlieta li ġej.

Il-kummentarju tal-partita tal-lum fuq Net Television se jerġa’ jkun ta’ Christian Micallef u Karl Izzo.

Intant fil-5:05pm tintlagħab il-partita l-oħra mill-Kwarti tal-Finali tal-Play-Offs tal-Kampjonat Premier, bejn Sliema u Birżebbuġa. Sliema diġa’ rebħu l-ewwel partita 21-3 u llum mistennija jerġgħu jiksbu rebħa oħra, biex javvanzaw għas-semi finali kontra Neptunes.