Coronavirus Futbol Sport

Diego Simeone pożittiv għall-coronavirus

Il-kowċ ta’ Atletico Madrid, Diego Simeone rriżulta pożittiv għall-coronavirus wara t-test li sarlu lbieraħ. Hu m’għandux sintomi iżda jinsab iżolat fid-dar tiegħu.

Dan tħabbar mill-klabb stess fejn qal li l-iskwadra kollha sarilha t-test għall-coronavirus wara li waslu lura mill-Istati Uniti fejn kienu għaddejin bit-taħriġ bit-tħejjija għall-istaġun il-ġdid.