Internazzjonali

ĠERMANJA: Isofru feriti serji wara li nqelbet xarabank

Xarabank ħarġet mill-awtostrada Ġermaniża, inqelbet u ħalliet tliet passiġġieri jsofru minn feriti serji. Ix-xarabank kienet qed issuq minn Praga lejn Hamburg.

Minbarra tliet persuni li sofrew feriti serji, 28 persuna oħra sofrew feriti ħfief. Il-kumplament tal-passiġġieri ttieħdu fi sptar viċin, iżda fortunatament ma sofrew l-ebda feriti.

Dawk abbord kienu ċittadini Ġermaniżi, Albaniżi, Ingliżi, Indjani u Ċiniżi, fost oħrajn.