Formula 1 Sport

Hamilton jikseb l-pole position fl-ewwel Grand Prix f’Mugello

Lewis Hamilton se jibda fuq quddiem fl-ewwel Grand Prix li qed isir f’Mugello fl-Italja. Hu kien segwit minn sieħbu fit-tim Valtteri Bottas u warajh temmew is-sewwieqa ta’ Red Bull, Max Verstappen u Alexander Albon. Fil-ħames post se jibda s-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc segwit mill-koppja ta’ Racing Point, Sergio Perez u Lance Stroll.

Mit-tmien post se jibda s-sewwieq ta’ Daniel Ricciardo ta’ Renault filwaqt li warajh se jibda Carlos Sainz. Is-sewwieq l-ieħor ta’ Renault Esteban Ocon se jibda mill-għaxar pożizzjoni. Ir-rebbieħ tal-Grand Prix tal-ġimgħa li għadddiet Pierre Gasly ġie eliminate fl-ewwel sessjoni.