Futbol Sport

Ilbieraħ saru magħrufa l-ewwel partiti tal-Kampjonati ewelnin

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Ilbieraħ l-MFA ħabbret l-ewwel partiti tal-Kampjonati BOV Premier li se jibda fi tmiem il-ġimgħa li ġej u dawk tal-Kampjonat BOV Challenge League li se jibda fil-ġimgħa ta’ wara.

Sabiex isir it-tindif meħtieġ fl-istadiums bejn partita u oħra l-partiti għalissa se jinlagħbu fil-5.00pm u fid-9.15pm, b’żewġ partit f’kull stadium. Fl-istess jum, l-MFA ħabbret ukoll il-protokoll mediku li se jkun segwit f’dawn iż-żewġ kampjonati, fejn fih jinkludi numru ta’ regolamenti awtorizzati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa sabiex jitnaqqas ir-riskju li jkun hemm tixrid tal-coronavirus.

Kampjonat BOV Premier

L-ewwel ġurnata: Is-Sibt 19 ta’ Sattembru: Centenary Stadium: Zejtun Corinthians v Santa Lucia 5.00pm, Mosta v Gudja United 9.15, il-Ħadd 20 ta’ Settembru: Centenary Stadium: Lija Athletic v Senglea Athletic 5.00pm, Sliema Wanderers v Hibernians 9.15pm, Stadium Nazzjonali: Tarxien Rainbows v Balzan 5.00pm, Floriana v Gżira United 9.15pm, it-Tnejn 21 ta’ Settembru: Stadium Nazzjonali: Ħamrun Spartans v Sirens 5.00pm, Valletta v Birkirkara 9.15pm

Kampjonat BOV Challenge League

L-ewwel ġurnata: il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru: Luxol Stadium: Luxol St Andrews v Fgura United 7.30pm, is-Sibt 26 ta’ Settembru: Victor Tedesco Stadium: Zebbuġ Rangers v Mqabba 5.00pm, Swieqi United v St George’s 9.15pm, il-Ħadd 27 ta’ Settembru: Centenary Stadium: Qormi v Naxxar Lions 5.00pm, San Gwann v Qrendi 9.15pm, Victor Tedesco Stadium: Pembroke Athleta v Pietà Hotspurs 5.00pm, Marsa v Vittoriosa Stars 9.15pm